Eks-gwardjan f'Aushwitz ingħata sentenza ta' ħames snin ħabs wara li nstab ħati li kien parti mill-qtil ta' 170,000 persuna. Reinold Hanning ta' 94 sena li kien gwaedjan bejn l-1942 u l-1944 ammetta quddiem Qorti fil-Ġermanja illi kien jaf b'dak li kien qed jiġri f'Aushwitz iżda m'għamel xejn biex iwaqqaf il-massakru.
Il-verdett ġie wara li l-każ dam jinstema kważi erba' xhur, b'osservaturi fl-awla jgħidu li mal-verdett Hanning baqa' silenżjuż u mingħajr emozzjoni, mingħajr ma jħares lejn ħadd li kien preżenti għall-kawża. Dan kien probabilment l-aħħar każ quddiem il-Qorti ta' uffiċjal Nażista involut fl-olokawst.