"Sitt ijiem ilu, l-Oppożizzjoni ressqet Private Member’s Bill fil-Parlament li tassigura li min sofra inġustizzja u jsir jaf wara s-sentenza, ikun jista’ jitlob li Qorti terġa’ tiftaħ il-każ. Dan l-abbozz ta’ liġi tressaq fid-dawl tal-każ ta’ Emanuel Camilleri. iżda, konxjament, Il-Gvern qed jagħżel li lanqas biss iħalli lill-Oppożizzjoni tressaq dan l-abbozz ta’ liġi fi stadju tal-Ewwel Qari." Hekk sostna l-PN fi stqarrija maħruġa ilejla.
Il-PN qal li b’din l-azzjoni l-Gvern "qed jassigura li min qed isofri minn inġustizzja, jibqa’ jsofriha."
"L-agħar inġustizzja hija dik li ssir f’isem il-ġustizzja. Għandna l-obbligu morali, mhux biss politiku u legali, li llum qabel għada, nagħtu l-għodda biex f’każijiet ta’ miscarriage of justice jkunu indirizzati."
Il-PN temm jgħid li dan kollu juri li Muscat imexxi Gvern tal-inġustizzji "tant li qed jagħti dahru lil min sofra u għadu qed isofri minn inġustizzji,"