Salmond lil Cameron: 'Irreżenja ... barra'

IL-eks mexxej tal-iScottish National Party (SNP) Alex Salmond jispara l-ewwel tir lejn Cameron li mistenni jikellem ftit minuti oħra - Nigel Farage jgħid "telgħet ix-xemx fuq Renju Unit indipendenti"

Taħt pressjoni
Taħt pressjoni

L-ewwel tir lejn il-Prim Ministru Cameron ġie mill- eks mexxej tal-iScottish National Party Alex Salmond li ħeġġeġ lill-Prim Ministru biex jirreżenja. Hu qal illi Cameron jeħtieġ jammetti li tilef u jirreżenja hekk kif qal li l-awtorita' tiegħu ngħatat daqqa l'isfel. 

Intant l-ewwel reazzjoni tal-Mexxej Laburista Jeremy Corbyn iddeskriva r-riżultat bħala 'diżastru' għalkemm ma rrispondix mistoqsijiet dwar il-futur tiegħu bħala mexxej hekk kif ħafna Laburisti jew ma vvutawx jew ħadu pożizzjoni favur 'Brexit'

Intant f'kummenti li għadda Nigel Farage ftit tal-ħin ilu qal illi "illum telgħet ix-xemx fuq Renju Unit indipendenti. Ejja nagħmlu din il-ġurnata vaganza u nsejħulha Jum l-Indipendenza." farage irringrazzja lil dawk kollha li "kellhom il-kuraġġ jivvutaw għall-Brexit". Filwaqt li qal li issa jmiss pajjiżi oħrajn biex jiddeċiedu li jagħmlu l-istess qal ukoll li r-Renju Unit għandu juża l-Brexit bħala opportunita' biex il-pajjiż jiftaħ il-bibien għal negozju ma' pajjiżi oħrajn." 

Il-Mexxej Laburista Jeremy Corbyn qal li l-pajjiż għandu sfidi kbar f'intervista ma' Sky News. Hu ammetta li ħafna Laburisti ivvutaw biex ir-Renju Unit jitlaq mill-UE imma qal li dan juri biss li kien hemm differenzi fil-ħsieb. "Anke jekk il-poplu ddeċieda li se noħorġu xorta hemm problemi li jridu jiġu ndirizzati." Intant iżda il-pressjoni fuq Corbyn qed tkompli tiżdied hekk kif ħafna Laburisti vvutaw favur il-Brexit u kontra l-pożizzjoni tiegħu.  

(David cameron mistenni jagħmel stqarrija fid-9:00 a.m. ħin lokali) 

More in Politika