Wara Brexit l-Ingliż ma jibqax lingwa uffiċjali fl-Unjoni Ewropeja

Għax l-ebda pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea m'għandu l-lingwa uffiċċjali l-Ingliż

Danuta Hübner, il-kap tal- European Parliament’s Constitutional Affairs Committee (AFCO), avżat li l-ingliż mhux se tibqa waħda mill-lingwi uffiċċjali fl-Unjoni Ewropea wara li l-Ingilterra titlaq mill-EU.

L-Ingliż hi waħda mill-lingwi uffiċċjali għax l-Ingilterra għażlet din il-lingwa bħala l-lingwa uffiċċjali tagħha. Issa meta dawn joħorġu mill-Ewropa ma jkun hemm l-ebda pajjiż ieħor li jagħżel din il-lingwa bħala l-lingwa uffiċċjali tiegħu għax sew Malta li s-soltu jużaw il-lingwa Ingliża għażlu l-Malti bħala l-lingwa uffiċjali u l-Irlanda għażlu l-Gaelic bħala l-lingwa uffiċċjali tagħhom. "Jekk ma jkollniex lir-Renju Unit allura ma jkollnix Ingliż" qalet Hubner.

L-INgliż hu l-aktar lingwa użata fl-istituzzjonijiet Ewropej u skont HUbner hi l-lingwa dominanti l-aktar użata mill-ħaddiema taċ-ċivil fl-Unjoni ewropeja. Ir-regolazzjoni tal-listi tal-lingwi uffiċċjali fl-UE trid tinbidel unanimament mill-pajjiżi l-oħra kollha jekk iridu li din il-lingwa tibqa tintuża bħala lingwa uffiċċjali.

More in Politika