'Nista' ntemm ħajja ta' pazjent? Le, għax kontra r-reliġjon tiegħi'

...stħarriġ mill-Malta Medical Journal juri kif 86% tat-tobba huma ggwidati mir-reliġjon fil-kura relatata ma' tmiem il-ħajja 

It-tobba iggwidati mir-reliġjon fejn jirrigwarda l-ewtanasja
It-tobba iggwidati mir-reliġjon fejn jirrigwarda l-ewtanasja

Skont stħarriġ li sar mill-Malta Medical Journal il-maġġoranza tat-tobba huma kontra l-ewtanasja u huma ġeneralment iggwidati minn sens reliġjuż f'dak li jirrigwarda kura dwar tmiem il-ħajja. Fil-fatt l-istħarriġ wera' kif 86% tat-tobba li wieġbu f'dan l-istħarriġ, li sar minn Jurgen Abela u Pierre Mallia, iddikjaraw li r-reliġjon hija importanti meta tidħol il-kura ta' tmiem il-ħajja.  Minn madwar 40% tat-tobba li wieġbu għall-istħarriġ, 91.6% qalu li huma Kattoliċi. 

Minn naħa l-oħra iżda kważi 43% tat-tobba li ħadu sehem fl-istħarriġ jaqblu li l-pazjent għandu dritt li jħaffef il-proċess tal-mewt, 34% ma jaqblux u 17.4% ħadu pożizzjoni newtrali. Maġġoranza qawwija ta' 60.4% jaqblu li tabib għandu dejjem jipprova jippreserva l-ħajja.

Finalment 90.2% tat-tobba qalu li huma qatt ma jkunu lesti li jikkunsidraw li direttament jtemmu ħajjet pazjent.   

More in Politika