'Muscat mhux Malta' - 'Busuttil mhux L-Ewropa'
Botta u risposta mill-PL għal PN
More in Politika
Botta u risposta mill-PL għal PN
Żewġ stqarrijiet mill-partiti rispettivi juru kif qegħdin għassa ta' xulxin biex iwieġbu 'tit for tat', jew 'botta u risposta'. L-istqarrija tal-PN tgħid li Joseph Muscat mhux Malta, mill-ewwel ħarġet il-botta tal-PL li qalu li Busuttil mhux l-Ewropa.
L-Istqarrija tal-PN tgħid li kull darba li l-Partit Nazzjonalista jikritika lil Joseph Muscat, jaghmel dan ghaliex ihobb lil Malta u ma jridx jibqa’ jhalli isem Malta jigi mtappan kif tappnu Joseph Muscat bl-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama tac-Chief of Staff tieghu Keith Schembri u tal-Ministru Konrad Mizzi. Il-Partit Nazzjonalista hadem u stinka biex pajjizna jkollu reputazzjoni mill-aqwa madwar id-dinja. Madanakollu, fi tliet snin, Muscat hammeg din ir-reputazzjoni bi skandli ta’ korruzzjoni wiehed wara l-iehor. Ir-reputazzjoni tithammeg bil-korruzzjoni, u mhux b’min jiggieled il-korruzzjoni. Joseph Muscat ghandu jaghraf li hu mhux Malta. Malta hi tal-poplu Malti u Ghawdxi.
Min-naħa l-oħra l-Partit Laburista ħareġ stqarrija li tgħid li billi Busuttil jitkellem kontra pajjiżna f’kull okkażjoni , Simon Busuttil mhux qed jirrifletti l-ispirtu Ewropew fejn kull pajjiż jaħdem għal ġid tiegħu . Simon Busuttil li qal li ‘with all modesty’ għandu esperjenza fil-qasam ta’ negozjati fuq livell Ewropew, missu jaf li billi tgħid kontra pajjiżek, tkun qed tagħmilha ċara li trid il-ħsara. Dan kollu idejjaq lil poplu Malti u Għawdxi li jistinka biex pajjiżna ikun l-aħjar fl-Ewropa, kif qed jixhdu r-riżultati li qed inġibu. Simon Busuttil hu parti minn elite u establishment politiku li huma maqtugħa min-nies, u dak li jaffetwahom fil-ħajja ta’ kuljum Il-Gvern ser jibqa’ kommess li jġib l-aħjar għall-pajjiżna u fejn ma jaqbilx mal-Unjoni Ewropea juri l-fehma tiegħu kif dejjem għamel.ittemm tgħid l-istqarrija tal-PL.