"Ir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-verifika fuq l-indħil dirett ta’ Chris Said fid-deċiżjonijiet dwar fondi allokati għall-Kunsill Lokali hija kundanna mill-aktar ħarxa fuq wieħed mill-aktar persuni qrib il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil." Hekk sostna l-Partit Laburista f'reazzjoni għar-rapport tal-Awditur illi żvela kif ġew riveduti madwar 25 skema ta' finanzjament lill-Kunsilli Lokali li saru taħt Gvern Nazzjonalista. Said kien imexxi d-dekasteru tal-Kunsilli matul dan iż-żmien
Il-PL staqsa jekk hux b’dawn it-tip ta’ politiċi li Busuttil "jrid jippreżenta ruħu ta’ xi paladin tal-governanza. Il-verità sagrosanta hi li Busuttil għandu standard għalih u n-nies tiegħu u standard għal ħaddieħor."
Intant tista taqra l-konklużjonijiet tar-rapport u l-ewwel reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista hawn