Il-Front Harsien ODZ qed titlob lill-Gvern biex jirrevedi il-Pjan Lokali t'Għawdex bil-għan li l-Bajja tal-Ħondoq tkun eskluża kompletament minn kull tip ta' żvilupp turistiku. Dan fid-dawl tal-fatt li l-ġimgħa l-oħra, wara 14-il sena l-applikazzjoni għal villaġġ turistiku u Yacht Marina f'din il-bajja kienet rifjutata.
Il-Front Ħarsien ODZ qed jitlob li wara dan ir-rifjut, kull żvilupp simili jkun eskluż. "Għalkemm l-iżvilupp li kien rifjutat il-ġimgħa l-oħra ma jirrispettax il-pjan lokali li jirreferi għal żvilupp ta' densità baxxa, huwa importanti," ikompli jgħid ik-Front, "li toqob potenzjali fil-liġi jkunu magħluqin darba għal dejjem."