Is-saħħa tal-finanzi tal-pajjiż kompliet tirreġistra ptogress hekk kif fl-ewwel kwart tas-sena 2016 id-defiċit, jew id-differenza bejn in-nefqa u d-dħul, naqas b'€116-il miljun. Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dan it-tnaqqis kien kaġun ta' tnaqqis fl-ispiża b'€30 miljun (-3.3%) u żieda fid-dħul (+11.2%), meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.
Dawn ir-riżultati jikkumplimentaw oħrajn tajbin ħafna li qed tikseb Malta bħalissa fil-qasam tal-impjiegi. Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna saħaq li dawn iċ-ċifri huma skont il-proġezzjonijiet tal-Gvern.