Il-Gvern se jkun qed jinvesti fi proġett ta' riġenerazzjoni għar-raħal tas-sajjieda, Marsaxlokk. mIl-proġett se jkun qed jiswa b'kollox €6 miljuni u se jinkludi titjib f'ħafna mit-toroq, parkeġġi, restawr ta' bini antik u promenade kompletament ġdid u aktar moderan. Il-Ministru Konrad Mizzi, li ħabbar dan il-proġett sostna illi dan juri kemm il-Gvern huwa kommess li jara titjib fl-għixien tan-nies fin-naħa t'isfel tal-pajjiż, speċjalment f'Marsaxlokk fejn il-Gvern għaddej bi proġett biex jaqleb il-Power Station għal waħda li taħdem bil-gass.
Apparti t-tisbieħ max-xatt parti mix-Xatt tas-Sajjieda se jsir pedonali u għalhekk miftuħ għan-nies biss, tisbieħ taż-żona tal-Magħluq u restawr tat-torri Vendome.