'Il-kumment ta' Chris Said hu dispreġġativ u partiġġjan'

'Il-kumitat preċedenti kellu jxolji minħabba l-interessi kummerċjali kienu jieħdu preċedent fuq dawk ambjentali'

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima José Herrera b’dispjaċir jinnota r-reazzjoni tax-Shadow Minister Chris Said li għażel li l-kumment tiegħu jkun mhux biss dispreġjattiv imma anke partiġġjan fil-konfront tad-deċiżjoni li qed jieħu dan il-Gvern li jagħti lura l-ġieħ ambjentali li jistħoqlu sit bħal dak tad-Dwejra. Sit li fl-amministrazzjoni preċedenti mhux biss ma sar xejn dwaru iżda tħalla parti minnu jintuża għal skop spekulattiv.
Irrid jingħad li taħt l-amministrazzjoni preċedenti l-kumitat kellu jxolji minħabba li xi membri għażlu li jirriżenjaw minħabba li ma qablux mal-mod tat-tmexxija ta’ dan il-kumitat għaliex l-interessi kummerċjali kienu jieħdu preċedent fuq dawk ambjentali.
Dan is-sit se jkun imexxi fuq pjan li ġie mfassal mill-Awtorità l-ġdida għall-Ambjent u r-Riżorsi u għall-ewwel darba se jkopri l-ibħra mmedjati fil-pjan.
Dan il-Kumitat se jkun qed jikkordina mal-istakeholders kollha u se jkun qed jilqa’ rakkomandazzjonijiet li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali.

More in Politika