'Dwar standards Simon Busuttil għandu kliem biss' - Il-Prim Ministru

'Muscat niżżel l-istandards ta’ pajjiżna fl-aktar livelli baxxi' - PN

I l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat f’intervent telefoniku fuq ONE Radio dalgħodu qal li Simon Busuttil jitkellem ħafna dwar standards, iżda għandu biss kliem dwar dan il-qasam għax meta jiġi għas-sustanza jfalli.  "Dan rajnih fil-każ ta’ Chris Said li ġie misjub mill-Awditur Ġenerali li ndaħal fit-tqassim tal-flus tal-Kunsilli Lokali. Niftakru kemm għamel plejtu fuq rapport tal-Awditur Ġenerali dwar persuni min-naħa tal-Gvern. Issa li għandu rapport fuq wieħed min-nies qrib tiegħu minflok jiehu azzjoni qed jiddefendih. Il-Kap tal-Oppożizzjoni jimxi b’double standards u fejn jaqbillu jemmen lill-awditur u meta ma jaqbillux jiddefendi lin-nies qrib tiegħu. Rajna każ ieħor ta’ governanza stil tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali tan-Nadur fejn qed naraw każ ta’ kunflitti ta’ interess. Bl-istess mod f’dan il-każ mhu qed isir xejn. Dan huwa riżultat ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li huwa politiku tal-elite u parti minn establishment politiku li jaqbeż għal dawk qrib tiegħu. Dwar standards, Simon Busuttil qed jikkonferma li għandu kliem biss, mingħajr sustanza." Il-Prim Ministru temm l-intervent tiegħu b’dak li ġara fit-Turkija u qal li fil-Mongolja, fejn kien qed jipparteċipa fis-Summit bejn pajjiżi Ewropej u Ażjatiċi. Huwa qal li l-każ tat-Turkija ġie diskuss bejn mexxejja Ewropej u qablu li qatt ma huwa aċċettabbli li jsir kolp ta’ stat fuq kolp ta’ Gvern elett demokratikament. 


Risposta tal-Partit Nazzjonalista ghall-kummenti tal-Prim Ministru Joseph Muscat bħas-soltu mill-ewwel fejn qalu li L-ebusija tar-ras ta’ Joseph Muscat hija r-raguni wara l-fatt li l-istess Muscat niżżel l-istandards ta’ pajjiżna fl-aktar livelli baxxi fl-istorja. Fost l-ohrajn:
 *   Muscat webbes rasu fl-iskandlu tal-Panama u halla lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi bl-istess poter li kellhom meta fethu l-kumpaniji sigrieti fil-Panama.

  *   Muscat webbes rasu meta ma ha ebda passi kontra Konrad Mizzi li ndahal biex jinxtara ż-żejt mill-Ażerbajgan, u liema deal wassal ghat-telf ta’ €14-il miljun.

  *   Muscat webbes rasu meta gie mcanfar mill-Awditur Generali talli intervjena bl-email personali tieghu biex inghatat is-somma ta’ €4.2 miljun lill-Cafe’ Premier

  *   Muscat qed iwebbes rasu u ma jiehu ebda passi kontra Michael Falzon li ghaddej b’attakk feroci kontra l-istituzzjoni indipendenti tal-Awditur Generali.

Dawn huma kollha fatti li jaghtu ragun lill-poplu Malti u Ghawdxi li ma jemminx lil Muscat meta jitkellem dwar standards temmet l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista

More in Politika