F'intervista li se tidher għada fuq il-gazzetta ILLUM il-President tal-MHRA Tony Zahra jgħid li ħafna Maltin jagħżlu li ma jaħdmux fil-qasam tal-lukandi għax iħossu li għandhom il-lussu li jagħżlu impjieg fejn ma jaħdmux matul tmiem il-ġimgħa. Mistoqsi minn l-ILLUM dwar diversi dubji li jitqajmu dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-barranin fil-lukandi Zahra jgħid li ħafna minn dawn l-istess dubji li jitqajmu huma "perċezzjoni u ftit verità". Mistoqsi jekk jistax jagħti garanzija li ħadd mill-membri tiegħu ma jħaddem nies barranin u joffrilhom paga inferjuri, Zahra qal li ma jistax jagħti garanziji. Minflok semma ċifri uffiċjali li juru illi 28,000 persuna barranija taħdem fil-pajjiż b'mod legali, uħud minnhom fil-qasam li jirrapreżenta hu.
Tony Zahra mal-ILLUM - Filmat Chris Mangion