‘Id-dinja tinsab fi-gwerra’

Il-Papa Franġisku jwissi li d-dinja tinsab fi-gwerra wara l-attakki li qegħdin iseħħu madwar l-Ewropa

Fi stqarrija tal-Papa Franġisku, huwa jgħid li 'd-dinja tinsab fi-gwerra'
Fi stqarrija tal-Papa Franġisku, huwa jgħid li 'd-dinja tinsab fi-gwerra'

Fid-dawl tal-attakki minn naħa ta’ Jiħadisti Musulmani, f’bosta bliet madwar l-Ewropa, il-Papa Fraġisku wissa li din hija prova li “Id-dinja tinsab fi gwerra.”

Minkejja dan, il-Papa ma naqasx jisħaq li l-gwerra mhix waħda reliġjuża, iżda waħda ta’ konflitt ta’ nteress u għall-kisba ta’ flus u risorsi.

Dan qalu lil grupp ta’ ġurnalisit qabel iż-żjara tiegħu fil-Polonja, wara li talbu l-opinjoni tiegħu dwar il-qtil tal-qassis kattoliku fi Franza nhar it-Tlieta li għadda, li ġie mwettaq minn żewġ ġuvintur li ħalfu l-alleanza tagħhom lill grupp terroristiku li jsejjaħ lilu nnifsu 'Stat Iżlamiku' (IS).

Il-qtil brutali tal-qassis fi Franza kien biss l-aktar wieħed riċenti minn sensiela ta’ attakki vjolenti  fl-Ewropa, speċjalement fi Franza u l-Ġermanja.

Il-Papa qal kif qegħdin nisimgħu ħafna l-kelma “insikurezza”, mentri l-kelma li għandha tintuża hija “gwerra”.

“M’għandnix nibżgħu ngħidu l-verità, id-dinja qegħda fi gwerra għaliex tilfet il-paċi”, qal il-Papa Franġisku, filwaqt li żied jgħid li “meta nsemmi gwerra, nirreferi għal gwerra dwar flus u risorsi, u mhux waħda reliġjuża. Kull reliġjon trid il-paċi, huwa l-oħrajn li jridu l-gwerer.”

More in Politika