Id-Direttur magħruf Bulgaru Javor Gardev li rebaħ ukoll numru ta awards fil-qasam ċinematografiku għadu kif temm ix-xogħol tiegħu fuq film li inġibed f'Malta b-isem 'Icaria'. Dan il-film b'tema ta' fantaxjenza jseħħ fl-2027 meta l-progress xjentifiku għamel l-immortalita' xi ħaġa possibbli.
Fi stqarrija maħruġa dalgħodu l-produtturi tal-film jgħidu li għażlu li Malta minħabba il-faċilitajiet li joffri pajjiżna fil-Kalkara, għalkemm jgħidu wkoll li 'Icaria' kien miġbud f'żoni differenti madwar il-pajjiż. Ix-xenarji futuristiċi tal-film kienu mibnijin minn Maltin stess
Gardev rebaħ l-premju għall-aqwa direttur fil-Moscow International Film Festival tal-2008.