PES: Taħt Erdogan it-Turkija miexja lejn stat awtoritarju

Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej li kkundannaw il-kolp ta' stat kontra Erdogan issa jwissu kontra l-azzjonijiet tal-istess Erdogan 

Erdogan:  Min offrielu solidarjetà lbieraħ qed iwissih illum..
Erdogan: Min offrielu solidarjetà lbieraħ qed iwissih illum..

Hekk kif Erdogan kompla nieżel fuq sezzjonijiet wiesa' tal-poplu tiegħu stess b'id tal-ħadid, il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej (PES), ħarġu stqarrija illi fiha wissew kontra it-triq lejn stat awtoritarju li qabdet it-Turkija. Il-PES, wrew l-inkwiet tagħhom għal mod kif eluf ta' nies ġew mkeċċijin mix-xogħol, kif ukoll għall-mod kif mijiet oħrajn qed ikunu miżmumin mill-Pulizija, fosthom għalliema, ħaddiema tal-Gvern u anke akkademiċi. Il-PES juru tħassib serju wkoll dwar ordni biex dawk miżmumin ma jitħallewx isiefru u wrew it-tama li l-proċess li bih ikun trattat kull wieħed minn dawn l-eluf ta' każi jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet ċivili ta' kull persuna. 

Il-PES, li flimkien ma' gruppi u politiċi oħrajn ikkundannaw il-kolp ta' stat u saħansitra offrew solidarjetà ma' Erdogan dakinhar, illum wissewh li mhux se jheddidhom u mhux se jhedded lill-mexxejja Ewropej illi jappoġġjaw bil-qawwi il-valuri demokratiċi. 

 

More in Politika