Minkejja li sa dalgħodu rapporti fuq sezzjonijiet tal-midja rrapurtaw dwar nies fil-Public Broadcasting Services (PBS) li opponew il-ħatra ta' Bundy, sorsi li tkellmu mal-illum.com.mt qalu li fil-fatt "ħadd mhu qed jiddubita mill-kapaċitajiet ta' Bundy." Għalkemm il-vot kien wieħed sigriet dawk li tkellmu magħna allegaw illi l-ħatra ta' Bundy setgħet qed idejjaq lil xi wħud "għax hu min hu u għax ma' baqax bit-tajjeb mal-Partit Nazzjonalista, mhux fuq bażi ta' meritokrazija."
Dawk li tkellmu ma' dan is-sit u li huma magħrufin illi kienu ilhom jixtiequ jaraw lil Bundy lura fix-xena sostnew li "fil-fatt din il-ħatra kienet meritokratika. Jekk mhux meritokratika mela x'inhi? Tant hi meritokratika l-ħatra ta' Bundy li ħadd mhu qed jgħid imqar nofs ta' kelma dwaru u dwar il-kapaċitajiet tiegħu," temm jgħid is-sors ta' dan is-sit.