Akkużi ta’ negliġenza fit-trattament tal-anzjani

Il-Partit Nazzjonalista jinsisti għal investigazzjoni immedjata dwar akkużi ta’ negliġenza fit-trattament tal-anzjani f’San Vinċenz de Paul

Isiru akkużi ta' negliġenza fit-trattament tal-anzjani f’San Vinċenz de Paul
Isiru akkużi ta' negliġenza fit-trattament tal-anzjani f’San Vinċenz de Paul

Il-Partit Nazzjonalista jinnota b’serjetà kbira d-dikjarazzjonijiet tal-eks Assistent Direttur tar-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paul li, waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, għamel akkużi ta’ negliġenza fit-trattament tal-anzjani, diskriminazzjoni politika, kif ukoll kunflitt ta' interess fit-tmexxija tal-istess residenza.

L-allegazzjonijiet li saru huma serji u jsejħu għal spjegazzjoni dettaljata minn naħa tal-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, kif ukoll investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet kollha li għamel is-Sur Tanti, li sal-bieraħ kien għadu jaħdem f’din ir-residenza.

Il-Partit Nazzjonalista jfaħħar il-kuraġġ tas-Sur Tanti li ma ddejjaq xejn jesprimi dak li jħoss, bil-għan li l-affarijiet f’pajjiżna, jsiru b’mod aħjar

More in Politika