Illum il-pajjiż jiċċelebra l-mitt sena anniversarju mit-twelid ta’ Duminku Mintoff, persunaġġ li fit-tajjeb u l-ħażin tiegħu ta kontribuzzjoni strorika lil pajjiżna.
Dom Mintoff kien mexxej tal-Partit Laburista u nħatar darbtejn bħala Prim Ministru ta’ Malta bejn l-1955 u l-1958 u bejn l-1971 u l-1984.
It-tmexxija ta’ Mintoff bħala Prim Ministru ta’ Malta, tibqa’ mfakkra aktar minn kollox għall-benefiċċji soċjali li daħħal għall-poplu Malti, bħas-siġurtà soċjali, iċ-children’s allowance u anke bħala dak kien responsabbli għall-introduzzjoni tad-dritt tal-vot għan-nisa.
Mintoff, jieħu postu fl-istorja ta’ Malta bħala l-mexxej responsabbli mill-ħelsien ta’ Malta bħala bażi Ingliża fl-1979.
It-tmexxija ta’ Mintoff qatt ma naqset mill-kontroversja speċjalment tul is-snin tmenin, bi kritika fuq politika ekonomikia tiegħu fejn anke ħaddan in-nuqqas ta’ importazzjoni favur li jsir kollox Malta u n-nuqqas ta’ liberaliżazzjoni tas-suq.
Mintoff kien ukoll dejjem elett bħala Membru Parlamentari bejn l-1947 u l-1998, fejn intervent tiegħu fil-Parlament kien ukoll detrimentali għall waqa’ tal-gvern immexxi minn Alfred Sant fl-1998.
Illum, Il-Prim Ministru Joseph Muscat ta ġieħ lill-eks-Prim Ministru Dom Mintoff f’għeluq il-mitt sena mit-twelid tiegħu.
Fid-21:00 tal-lejla, il-President ta' Malta Marie-Louis Coleiro Preca se tippressjedi ċ-ċelebrazzjionijiet ta' dan iċ-ċentenarju fil-ġnien tas-serenità, f'Santa Luċija, fejn flimkien ma' ulied il-Perit Mintoff, Anne u Yana, se jinkixef monument ieħor f'ġieh il-Perit.