Skont il-PN Muscat jikkonferma kemm jiddeċiedi ħażin bi kliemu stess

It-tanker tal-gass f'Marsaxlokk se jkun kbir daqs tliet grounds tal-Football

Stqarrija tal-PN tgħid li l-mod kif il-Prim Ministru Joseph Muscat, dalgħodu, qabbel it-tanker tal-gass - kbir daqs tliet grawnds tal-futbol - ma' vapur tal-merkanzija li jġib lejn Malta xogħol li jgawdu minnu bosta familji u negozji Maltin, huwa konferma ta' kemm Muscat dejjem jiddeċiedi ħażin. L-istqarrija tkompli tgħid li Muscat se jpoġġi t-tanker tal-gass fil-bajja ta' Marsaxlokk minħabba r-ras iebsa tiegħu, li l-ewwel webbes rasu li jibni Power Station li m'għandniex bżonn u issa qed iwebbes rasu li jpoġġi t-tanker tal-gass fil-bajja ta' Marsaxlokk b'periklu ċar għar-residenti.
Il-PN qal li Muscat baqa' jwebbes rasu wkoll quddiem l-appell tal-Malta Freeport Terminals u tal-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem, biex ma jagħmilx mill-Freeport ballun politiku. Dan għaliex dalgħodu kompla jattakka l-ħidma tal-mijiet ta' ħaddiema tal-Freeport li jwettqu xogħol importanti ħafna għall-ekonomija Maltija.
Il-PN temm li dalgħodu, Muscat kompla jwebbes rasu wkoll u baqa' ħalqu magħluq dwar żewġ temi importanti u li l-poplu Malti u Għawdxi qed jistenna t-tweġibiet dwarhom mingħand il-Prim Ministru:

  *   l-iskandlu tal-visas mediċi li seħħ f'Kastilja u li għandu impatt qawwi fuq is-sigurtà ta' pajjiżna,
  *   kif ukoll ir-riżenja tad-Direttur tal-FIAU - l-aġenżija li tinvestiga korruzzjoni u ħasil ta' flus, u li nvestigat liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u lill-Ministru Konrad Mizzi li nqabdu li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama biex fihom jitfgħu s-senserija.

More in Politika