'Iż-żewġ żviluppi ħa jwasslu biex jiżdiedu l-karozzi li jgħaddu mit-toroq'

Alternattiva Demokratika imħassba wara d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-ippjanar

Alternattiva Demokratika esprimiet id-diżappunt tagħha għall-aħħar
żewġ deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar rigward it-torrijiet f'
Town Square u fl-Imrieħel. AD sostniet illi tinsab imħassba bin-numru
ta' impatti negattivi li ħa jolqtu lir-reżidenti, kemm waqt il-perjodu
ta' konstruzzjoni, kif ukoll wara li l-bini jkun tlesta.

Il-kelliem għal AD, Marc' Andrea Cassar sostna li: "Iż-żewġ żviluppi
ħa jwasslu biex jiżdiedu l-karozzi li jgħaddu mit-toroq li twassal
għal żieda fit-tniġġis. Ir-residenti ta' tas-Sliema, Birkirkara, Santa
Venera u l-Imrieħel ġa jesperjenzaw livelli għoljin ta' konġestjoni
minħabba t-traffiku. Dawn l-iżviluppi ħa jomplu jgħarrqu
s-sitwazzjoni."

Huwa kompla billi jsostni li: "Dawn id-deċiżjonijiet iridu
jikkunsidraw il-konsegwenzi li ħa jkun hemm fuq ir-residenti kollha,
nklużi dawk li ma jgħixux fil-qrib tal-proġett."

More in Politika