Il-Partit Demokratiku iħeġġeġ lill-Awtorita tal-Ambjent sabiex tappella d-deċiżjonijiet riċenti li ttieħdu favur bini ta' torrijiet, qabel ma seħħ dak li ġie mwiegħed fl-aħħar House Business Committee fejn il-Ministru Zammit Lewis f' isem il-Gvern, wiegħed li 'masterplan' f' dan ir-rigward kellha titlesta, tiġi diskussa bil-konsultazzjoni meħtieġa qabel ma jitla' bini ta' din ix-xorta.
Fi stqarrija l-Partit Demokratiku, mmexxi mid-Deputata Marlene Farrugia, staqsa kif "ġaladarba ma jeżistix masterplan ħolistiku nazzjonali, kif tista' l-ERA isserraħ moħħ il-poplu Malti, li jqisha t-tarka f' dan il-qasam ,illi l-ambjent u s-sostenibilita' tiegħu hija salvagwardjata? Għaliex il-korrispondenza tal-Profs Victor Axiaq li fuq bażi individwali għandna fiduċja fih, ma ġietx ippubblikata kollha?"
Il-PD itemm jgħid li l-poplu jixraqlu li "l-fatti jiġu ċċarati minnufih u li l-ERA taqdi r-rwol li nħolqot għalih."