L-ISIS tibgħat messaġġ għal azzjoni u attakk fuq l-infidili fl-Amerika u fl-Ewropa

Permezz ta' filmat, l-ISIS reġgħet ħarġet bl-għajta għall-jihad ta’ dawk li qegħda ssejjaħ 'ilpup solitarji'

Messaġġ li ħareġ f’filmat maħruġ fuq sit ta’ probaganda tal-Istat Iżlamiku, bit-titlu ta’ 'Come on Rise', Isa ejja qumu, immirat għal 'dawk il-musulmani devoti kollha, biex jieħdu azzjoni fl-Istati Uniti u fl-Ewropa...'
Messaġġ li ħareġ f’filmat maħruġ fuq sit ta’ probaganda tal-Istat Iżlamiku, bit-titlu ta’ 'Come on Rise', Isa ejja qumu, immirat għal 'dawk il-musulmani devoti kollha, biex jieħdu azzjoni fl-Istati Uniti u fl-Ewropa...'

“Ħudu azzjoni u attakkaw lill-infidili fl-Amerika u fl-Ewropa”

B’dan l-appell, l-ISIS, li bħalissa tinsab taħt assedju fil-Libja, s-Sirja u anke fl-Iraq, reġgħet ħarġet bl-għajta għall-jihad ta’ dawk li qegħda ssejjaħ "ilpup solitarji", terroristi żgħażagħ singulari, bħal ma diġà rat l-Ewropa dan is-sajf primarjament fi Franza u l-Ġermanja.

Dan il-messaġġ ħareġ f’filmat maħruġ fuq sit ta’ probaganda tal-Istat Iżlamiku, bit-titlu ta’ “Come on Rise”, Isa ejja qumu, immirat għal “dawk il-musulmani devoti kollha, biex jieħdu azzjoni fl-Istati Uniti u fl-Ewropa…”

Fil-filmat jissemmew partikolarment l-Italja, l-Belġju, Franza, Spanja, d-Danimarka u anke r-Russja u l-Iran

“Il-gwerra qed issir aktar intensa”, ammetta Daesh, “imma aħna nżommu sodi, intom il-lupi solitarji għamlu d-dover tagħkom u għatu l-kontribut għas-salvezza tal-Istat Iżlamiku; Olqtu l-dawk li ma jemmnux; Għamlu straġi fil-pjazez u l-istazzjonijiet tal-ferroviji u olqtu lill-kruċjati fuq l-art tagħhom u kull fejn jinsabu…” intqal fil-filmat

Dan il-messaġġ tal-biża’ kien indirizzat għal numru mhux magħruf ta’ musulmani estremisti mxerrda madwar id-dinja. Bħal ma rġiel żgħar fl-età rrispondew għall-messaġġi simili fi Franza u fil-Ġermanja dan is-Sajf, il-biża hi li dan l-aħħar appell jintlaqa’ minn aktar musulmani estremisti mxerrdin mad-dinja.

Il-messaġġ jistieden lill-ilpup solitarji biex jużaw kull mezz possibli biex ixerrdu d-demm tal-kroċjat, minn apparat splussiv, sa arma tan-nar u sikkina jew sempliċiment bil-ġebel u d-daqqiet ta’ ponn. Jinhad li l-messaġġ kompla jsostni li “Jekk l-awtoritajiet Ewropej u Amerikani jaħsbu li jistgħu jikkontrollaw iċ-ċelluli organizzati, żgur li ma jistgħu jagħmlu xejn kontra individwi mingħajr ebda rabtiet li ilhom żmien jgħixu normalment fis-soċjetajiet tagħhom…”

Fi stqarrija, il-ministru tal-Intern Taljan, Angelino Alfano saħaq li fiċ-ċirkostanzi preżenti, filwaqt li ddikjara l-Italja bħala pajjiż sikur, ebda pajjiż ma jista’ jqis ruħhu mija fil mija sikur kontra t-terroriżmu estremist iżlamiku.

Alfano saħaq li l-biża tiegħu hija li ħafna minn dawn l-ilpup solitarji, li jew jidħlu fl-Ewropa moħbijin qalb ir-refuġjati, jew ikunu diġà integrati fis-soċjetà, jippreżentaw l-istess tip ta’ periklu lill-pajjiżi Ewropej, jekk hux aktar gravi minn attakki organizzati, fejn dawn tal-aħħar jistgħu jolqtu b’armi sempliċi bħal skieken u oġġetti bil-ponta, jew bombi mibnijin id-dar… bħal ma diġà raha kullħadd fix-xhur li għaddew.

More in Politika