Tliet nisa, ġew immultati €38 fuq ramla f’Cannes, wara li marru kontra l-projbizzjoni kontra l-burkini, u xorta niżlu fuq ir-ramla bil-malja iżlamika li tgħatti l-persuna minn fuq s’isfel.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, anke f'Corsica saret projbizzjoni li twaqqaf lin-nisa Musulmani milli jilbsu l-Burkini.
Dan ir-rapport ħareġ fuq il-ġurnal Franċiż Le Parisien, li rrapporta li din il-projbizzjoni li ddeċieda l-Prim Ministru soċjalista Manuel Valls, intlaqat tajjeb minn dawk taċ-ċentru lemin, filwaqt ma’ tantx niżlet tajjeb ma’ dawk tax-xellug.
Waqt intervista fuq radju Franċiż, id-deputata taċ-ċentru-lemin Henri Guaino, saħaq li “l-projbizzjoni tal-burkini kienet kwestjoni ta’ ordni pubbliku, fejn fis-sitwazzjoni attwali, hemm bżonn li tintemm ċerta mġieba…”
Bid-deċiżżjoni ta’ Valls, ħa gost ukoll Thierry Solère, membru parlamentari Republikan elett fir-reġjun ta’ Pariġi, li kkummenta li, “fl-Arabja Sawdija, mara ma tista tgħum topless, b’tanga, jew sempliċiment b’bikini. Fi Franza ma tistax tgħum bil-Burka.”
Id-deċiżżjoni f’dan il-komun ta’ Cannes, qegħda tqajjem komuni oħrajn madwar Franza u anke f’pajjiżi oħrajn madwar l-Ewropa li jsegwu l-eżempju u jibdew jaqtgħu dawn is-simboli ta’ opressjoni musulmana u diżrispett lejn in-nisa minn postijiet pubbliċi Ewropej.