L-awtorità tal-Ippjanar għadha kemm ħarġet notififika ta' infurzar illi fiha qed tavża lis-sidien taż-żewġ artijiet, kemm dik fejn kien jinsab il-Mistra Village Holiday Complex fix-Xemxija, kif ukoll is-sit fejn jinsab fejn hemm dik li xi darba kienet il-Jerma Palace Hotel biex jirranġaw l-istess sit.
L-Awtorità innotat illi dawn iż-żewġ siti, f'postijiet rominenti tħallew abbandunati għal snin twal. Hija għamlet rikjesta lis-sidien tal-art biex dan jindirizzaw is-sitwazzjoni fuq is-sit li tagħhom huma sidien.