Fi stqarrija tal-GRTU, intqal li l-bidliet mitlubin mill-Air Malta mhux se jwasslu għal rigress. “Bil-kuntrarju anzi, jekk isiru b’għaqal u reqqa, dawn mhux biss joħorġu lill-Air Malta mill-istat li tinsab fih, iżda jirriżultaw fi tkabbir”
Minkejja dan il-GRTU twissi li dan it-tkabbir u suċċess ma jiġix waħdu u jirrikkjedi ħafna xogħol u pjanar.
“Il-kontribut tal-Air Malta għall-ekonomija għandu jkun wieħed sostenibbli” tisħaq il-GRTU. Il-Gvern irid jassikura li l-ippjanar imur oltre ir-ristrutturazzjoni tal-Air Malta iżda implementat fuq livell ta’ intrapriża.
Il-GRTU temmen li biex sħubija strateġika tkun waħda ta’ suċċess, iridu jaqgħu dawk ir-rotot li m’humiex sostenibbli. Dan ikun biss aċċettabli jekk il-figuri jibqgħu garantiti.
Il-Gvern irid joqgħod attent kif jagħmel dan, minħabba li ċertu rotot li mhux sostenibbli għall-Air Malta jafu jkunu qed isostnu setturi u intrapriżi oħra fl-ekonomija ta’ Malta.
“Linji tal-ajru oħrajn, għandhom jiġu nkuraġġati biex jieħdu dawn ir-rotot huma hekk kif twaqqafhom l-Air Malta” ssostni l-GRTU. Ir-ristrurutturazzjoni tal-Air Malta għanda ssir mingħajr ir-riskju li jintilef xi suq li l-GRTU ħadmet biex tikseb.
“Iż-żieda fit-numru ta' turisti li jiġu Malta, dejjem imxiet id f’id mat-tkabbir tas-settur privat. It-turisti li jiġu Malta isostnu ħafna aktar setturi minn dawk assoċjati direttament mat-turiżmu” temmet t il-GRTU.