Il-GWU tipproponi li titkompla l-iskema għall-'first time buyers'

Bħala parti mill-proposti tagħha għall-Baġit, il-GWU tippropni li l-iskema favur il-'first time buyers' tiġġedded

"L-opportunità li offra l-gvern lill-'first time buyers', li kienet immirata l-aktar għaż-żgħażagħ biex jixtru l-ewwel propjetà, għanda tkompli..."

Dan proponitu l-General Workers Union (GWU) waqt konferenza stampa dalgħodu fejn fiha l-GWU offrit il-proposti tagħha għall-Baġit 2017.

Infatti, minbarra li jiġġeddu l-inċentivi li l-Gvern offra lil min jixtri l-ewwel propjetà tiegħu, il-GWU qed tipproponi skema simili għas- 'second time buyers', u li tkun immirata għal dawk li ma bbenifikawx mill-iskema għal min jixtri għall-ewwel darba.

Il-GWU saħqu li l-Gvern għandu wkoll jipprovi għajnuna liż-żgħażagħ li jkunu għadhom kif bdew fid-dinja tax-xogħol, pemezz ta' garanzija temporanja fuq is-self għal propjetà.

Minbarra għajnuna fuq ix-xiri ta' propjetà, il-GWU ikkummentat ukoll dwar il-kriżi li hawn fil-prezzijiet tal-kiri, fejn ipproponiet monitoraġġ tal-kirjiet minn naħa tal-Gvern sabiex jitnaqqsu l-abbużi f'dan is-settur. Il-GWU irrimarkat dwar kif il-prezz tal-kirjiet għola bħala riżultat tad-domanda għolja minn barranin, li jkunu jifilħu jħallsu aktar minn żgħażagħ Maltin, jew adulti li għandhom paga minima.

Infatti, suġġeriment ieħor li tat il-Union kien li l-Gvern jagħti għajnuna lis-sidien li jkunu jixtiequ jikru propjetà vojta tagħhom, iżda ma jkollhomx il-kapital biex isiru xogħoljiet neċessarji fiha, u biex din tiġi mgħammra b'għamara. Il-GWU issuġġerit li l-Gvern għandu jdaħħal skema fejn huwa jikri propjetà privata ta' dan it-tip għall-prezz ġust u għal perjodu ta' żmien, fejn bi prezzijiet raġjonevoli, din il-propjetà tiġi rranġata għal standards għola u użata bħala housing soċjali.

More in Politika