'Iddikjarajt minn qabel il-vot tiegħi, imma ġejt injorata'

Desireè twieġeb dwar il-vot tagħha fuq il-kwistjoni tal-Jerma 

Il-Kunsilliera Laburista Desireè Attard
Il-Kunsilliera Laburista Desireè Attard

Desiree Attard, Viċi Sindku ta' Wied il-Għajn, wieġbet il-kummenti tas-Sindku tal-istess lokalità u ddefendiet il-pożizzjoni tagħha dwar il-mozzjoni li saret mill-Kunsillier Nazzjonalista Charlot Cassar dwar il-Jerma. F'kuntatt mal-illum.com.mt Attard sostniet illi hu għamlet il-pożizzjoni tagħha favur il-mozzjoni ta' Cassar pjuttost ċara minn qabel. 'Iddikjarajt il-vot tiegħi favur minn qabel iżda ġejt injorata' qalet Attard lil dan is-sit. 'Wiehed jifhem li la ssekondajt mozzjoni awtomatikament jien favuriha. Dik ukoll giet injorata' qalet Attard illi meta mistoqsija biex tiddeskrivi r-relazzjoni tagħha mal-Kunsillieri Laburisti ta' Wied il-Għajn wara l-kwistjoni taż-Żonqor wieġbet 'ir-relazzjoni tiegħi mal-Kunisllieri Laburisti baqgħet l-istess.' 

Desireè Attard issekondat mozzjoni ta' Cassar biex il-Gvern jixtri l-art ta' fejn hemm il-Jerma u minflokha jagħmel miż-żona spazju, pubbliku miftuħ. 

More in Politika