Il-Qorti Amministrattiva Franċiża, l-ogħla Qorti tal-pajjiż, f'sentenza li ħarġet iktar kmieni illum, iddikjarat illi l-projbizzjoni tal-ilbies magħruf bħala burkini huwa 'illegali' u 'jikser il-libertajiet fundamentali tal-bniedem.'
Il-Kunsill tal-Istat Franċiż kienet qed teżamina liġijiet f'diversu partijiet ta' Franza. Il-Qorti qalet li b'din il-projbizzjoni 'il-libertajiet fundamentali, personali u tal-kuxjenza qalgħu daqqa serja.'
Il-Qorti ma sabet ebda evidenza favur il-projbizzjoni tal-burkini u favur is-suppost ordni pubblika li qed jikser dan it-tip ta' llbies.