Il-famuż Parlament tal-Poplu, mimli aġġettivi ta' karrotti, piżelli u mmarinar fil-ħmieġ tal-ġrieden se jkompli jew le? Jew vera kien twaqqaf minn min beda jiddejjaq b'ċerti veritajiet? F'kuntatt li mal-illum.com.mt Emmy Bezzina jindika, għall-ewwel darba mill-aħħar apparenza tiegħu fuq it-TV, li r-raġuni għal waqfien ħesrem tal-Parlament tal-Poplu seta' kien nuqqas ta' qbil mat-treġija tal-istazzjon Smash TV fuq punti purament tekniċi u ta' riżorsi. Fil-fatt Bezzina spjega lil dan is-sit li ħafna drabi kien iħoss illi l-programm kien nieqes minn tim tekniku li seta' jagħthi aktar saħħa u jwassal il-messaġġ aħjar.
'U mhu vera assolutament xejn,' kompla jgħid 'kif dawruha erba' 'ċwieċ' u 'sriep' li kien hemm pressjoni li waslet biex il-porgramm jieqaf.'
le, s'issa għad m'hemmx data ta' meta l-Parlament tal-Poplu se jerġa jkun fuq it-TV
Emmy Bezzina
Mistoqsi minn dan is-sit jekk sarulux proposti biex jibda jxandar il-programm, ferm kontroversjali tiegħu, fuq stazzjon ieħor, Bezzina ikkonferma l-interess u qal li dar tal-produzzjoni kellha sensiela ta' laqgħat miegħu f'April li għadda. 'Kellna erba' laqgħat,' sostna Bezzina, 'qaluli li se jkellmuni lura u s'issa għadni ma smajt xejn. Jiġifieri, le, s'issa għad m'hemmx data ta' meta l-Parlament tal-Poplu se jerġa jkun fuq it-TV.' Mistoqsi liema hi din id-dar tax-xandir, Bezzina ma xtaqx jelabora.
Malajr iżda żied jgħid li għadu jirċievi mingħand stazzjonijiet li juru l-interes. Mela għalfejn għadu m'aċċettax Emmy? 'Għax jien lest li nagħmel il-programm fuq żewġ premessi. L-ewwel li jkolli tim professjonali u mhux struttura tal-'ejja ħa mmorru' u t-tieni u l-aktar importanti, għax il-Parlament tal-Poplu jkompli, basta kull min jaċċetta li jxandru jħallini fil-libertà li ngħidha kif inħossha. Mhux irrid noqgħod lura ma mmurx nirfes xi kallu ta' xi ħadd. Jien ngħidha kif inħossha u l-poplu jiġġudika, issa min irid joqgħod jieħu għalih, jagħmel hu.'
ien ngħidha kif inħossha u l-poplu jiġġudika, issa min irid joqgħod jieħu għalih, jagħmel hu.
Emmy Bezzina
Bezzina, permez tal-programm li kellu, kien bena' reputazzjoni ta' preżentatur ikkulurit ta' żaqqu f'fommu bi kritika li tniggeż ferm, speċjalment fil-konfront tal-Gvern. Apparti l-apparenzi tiegħu bil-Panama Hat, l-programm ta' Bezzina jibqa' magħruf għall-lingwaġġ pjuttost ikkulurit u/jew vulgari li kien juża biex jindirizza wħud mis-semmiegħa li kienu jċemplu u jippruvaw jgħadduh biż-żmien.
Imma l-Parlament tal-Poplu se jkompli? S'issa jidher li xejn mhu ċert.