Fi Tweet li ħalla l-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, ġie mħabbar li l-Awtorità tal-Ippjanar appovat l-applikazzjoni biex il-faċċata tal-isptar l-antik ta' San Luqa tiġi rinovata.
Permezz ta' "public-private partnership" ta' €200 miljun li, l-isptar l-antik ta' San Luqa, flimkien mal-Isptar Ġenerali t'Għawdex u Karin Grech, waqgħu taħt id-direzzjoni tal-kumpanija Vitalis Global Healthcare
Permezz tal-ftehim ma' Vitalis Global Healthcare, l-isptar San Luqa se jinbidel fi sptar għar-riabilitazzjoni b'180 sodda, li jkun qed joffri numru ta' servizzi mediċi u l-aħħar teknoloġija użata għar-riabilitazzjoni tal-pazjenti, li 80 minnhom se jkunu riservati għall-gvern, filwaqt li l-100 l-oħra biex jiġu użati għall Turiżmu Mediku.