Is-sidien tal-eks lukanda Jerma, f’Marsaskala, l-aħwa Jeffrey u Peter Montebello, appellaw kontra l-ordni ta' infurzar li għamlet l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex ir-rovini tal-eks lukanda Jerma jiġu mwaqqgħin u l-art mibjugħa.
l-Awtorità tal-Ippjanar, kienet ħarġet ordni ta’ infurzar lis-sidien tal-Jerma u tal-Mistra Village, li t-tnejn ilhom fi stat ta’ abbandun għal numru ta’ snin, sabiex iż-żewġ siti jiġu żbarazzati.
Fi stqarrija mill-Awtorità stess intqal li “dawn iż-żewġ siti, li jinsabu f’żewġ postijiet prominenti, tħallew għal numru wisq twil ta’ snin fi stat dilapitat, u li s-sidien issa huma mitluba jindirizzaw din il-weġgħa li s-siti qed iħallu, permezz ta’ dan l-ordni ta’ infurzar…”