Il-UĦM ma taqbilx ma' kontrolli fuq il-kirjiet ... imma titlob għal evalwazzjoni

....tipproponi living wage flok żieda fil-minimum wage. Jipproponu flus f'kumpens minflok l-għoti lura tal-festi pubbliċi 

Il-UĦM ma taqbilx ma' kontrolli...im ma titlob biex ikun evalwat  is-suq....
Il-UĦM ma taqbilx ma' kontrolli...im ma titlob biex ikun evalwat is-suq....

Il-Union Ħaddiema Magħqudin-Voice of the Workers ħarġet kontra kull tip ta' kontrolli jew ceiling fuq kirjiet privati, proposta ta' Yana Mintoff żvelata fuq il-gazzetta l-ILLUM lura fid-29 ta' Mejju. Minkejja dan, fil-proposti għall-Baġit li jmiss, mħabbrin f'konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni dalgħodu l-UĦM irrikonoxxiet li ż-żieda fir-rati tal-kirjiet privati qed twassal għal piż fuq diversi familji. Għalhekk l-istess unjin ipproponiet li l-Gvern jagħmel distinzjoni ċara bejn dawk il-familji bi dħul baxx, li qed jikru u ma jistgħux ilaħħqu mat-tali spiża u dawk il-bosta barranin li qed iħallsu l-kirja, waqt li qed jgħixu f'pajjiżna. 

Il-UĦM talbet ukoll biex issir evalwazzjoni tas-suq tal-proprjetajiet "biex titfassal politika li tirrispondi għal popolazzjoni li qed tkompli tikber."

Intant il-UĦM qed tipproponi wkoll li jerġa jkun diskuss il-kunċett tal-Living Wage biex isservi ta' gwida għat-tfassil tal-politika soċjali u bħala gwida għal kull ftehom kollettiv. Dwar il-minimum wage il-UĦM kienet aktar kawta u talbet għall-studju. 

Intant, anke il-UĦM, bħal GWU, għamlet il-proposti tagħha fir-rigward tal-festi pubbliċi. Minflok li jerġgħu jingħataw lura, l-UĦM qed tipproponi li l-Gvern iħallas kumpoens għall-ġurnata mitlufa, li jkun ta' minimu ta' €90 għal dawk li jaqulgħu bejn €25,000 u €30,000 u €200 għal dawk li jinsabu fl-aktar faxxa baxxa ta' qliegħ, jiġifieri li jaqilgħu bejn €8,736 u €10,000

 

 

More in Politika