2,880 qabar ġdid u restawr fl-Addolorata

Tħabbar illum li ħarġet sejħa ta' interess għal proġett biex iċ-ċimiteru tal-Addolorata jiġi restawrat u estiż

Iċ-Ċimiterju tal-Addolorata - sejħa ta' interess għal proġett biex jġi estiż u restawrat
Iċ-Ċimiterju tal-Addolorata - sejħa ta' interess għal proġett biex jġi estiż u restawrat

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne llum ħabbar li ħarġet sejħa ta’ interess għall-proġett fiċ-ċimiterju tal-Addolorata li fost oħrajn se tinkludi l-estensjoni b’2,880 qabar f’dan iċ-ċimiterju kif ukoll ir-restawr estensiv tas-sit.

Is-sejħa ħarġet fil-forma ta’ pre-qualification questionnaire (PQQ) għall-bini tal-estensjoni tal-Addolorata, kif ukoll għar-restawr, maniġġjar tas-servizzi, kif ukoll manutenzjoni tal-istess sit.

“Il-proċess se jkun wieħed trasparenti, li anke ser ikun diskuss fil-Parlament, filwaqt li min japplika se jkun mitlub jonfoq mill-inqas €6 miljuni fir-restawr ta’ dan il-post, li għandu importanza arkitettonika,” qal il-Ministru Fearne.

Il-Ministru għas-Saħħa qal li bl-estensjoni tal-Addolorata se nkunu qegħdin nirrispondu għad-domanda li hawn għall-oqbra privati.

“Iċ-ċimiterju tal-Addolorata se jkun proġett ieħor fejn il-Gvern u l-Privat se jaħdmu id f’id biex joffru servizz aħjar f’post aktar dinjituż għall-għeżież tagħna,” qal il-Ministru Chris Fearne.

More in Politika