52 sena ilu, fil-lejl ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Settembru 1964, il-bandiera Maltija ttellgħet għall-ewwel darba fl-Arena tal-Indipendenza fil-Floriana, biex timmarka t-tmien tal-ħakma Inġliża ta’ Malta.
Illum, iċ-ċelebrazzjonijiet għal Jum l-Indipendenza ta’ Malta laħqu l-qofol tagħhom dalgħodu, hekk kif wara l-quddiesa mqaddsa mill-Arċisqof Charles Scicluna, l-aġent President Dolores Cristina flimkien mal-viċi Prim Ministru Louis Grech u mexxejja oħrajn poġġew kuruni tal-fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza fil-Furjana u attendew għal parata mill-Forzi Armati ta’ Malta tul it-toroq prinċipali tal-Belt.