Azzjoni mill-Pulizija wara l-laqgħa bejn Dean u Joseph Muscat

...il-Pulizija talbet rikors biex il-każ ta' Dean Camilleri quddiem il-Qorti kontra sid ta' negozju fil-Bajja ta' San Ġorġ jinstema' b'urġenza

Kienet laqgħa li jidher illi tat il-frott dik ta' bejn Dean u Muscat....
Kienet laqgħa li jidher illi tat il-frott dik ta' bejn Dean u Muscat....

Minkejja li l-istrajk tal-ġuħ li għamel Dean Camilleri ma damx wisq, laqgħa li kellu l-istess Camilleri mal-Prim Ministru Joseph Muscat wassal biex l-affarijiet bdew jiċaqalqu. Fil-fatt, fuq il-programm Pjazza tal-lejla l-preżentatur Karl Stagno Navarra żvela kif skont sorsi mill-Korp, l-Pulizija talbet rikors biex iż-żewġ każi li l-istess Camilleri għandu l-Qorti fil-konfront ta' sid ta' negozju fil-Bajja ta' San Ġorġ "jinstemgħu b'urġenza". 

Waqt il-programm kien żvelat ukoll kif il-Pulizija se tieħu azzjoni jekkjinstab li s-sid jinstab ħati li kiser ir-regolamenti dwar il-ħsejjes u l-istorbju. Intqal ukoll li f'każ ta' ħtija jkun hemm revoka tal-permess. Is-sorsi mill-Korp wissew li l-infurzar meħtieġ se jsir kull fejn hemm bżonn. 

 

 

More in Politika