Hekk kif il-Ministru Bla Portafoll Konrad Mizzi mistenni jissejjaħ quddiem Kumitat tal-Parlament Ewopew biex jwieġeb għall-mistoqsijiet dwar il-kumpanija li fetaħ fil-Panama u li ma kinitx iddikjarata, l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien pjuttost ċar dwar x'jaħseb li għandu jagħmel Mizzi. F'kummenti li kienu ippublikati fuq il-gazzetta Maltatoday tal-lum, Busuttil jgħid li "m'hemmx dubju illi Konrad Mizzi għandu jirrispetta s-sejħa li se jkollu minn kumitat tal-Membri Parlamentari Ewropej li kienet mwaqqfa biex ikunu investigati l-Panama Papers.
Apparti dan iżda, Busuttil qal li Konrad Mizzi, definittivament għandu jitlaq. "Triq waħda hemm biex tkun mwaqqfa l-ħsara li għamlu Konrad Mizzi u Keith Schembri u din hija li Muscat ikeċċihom."
Stati membri tal-UE ingħataw parir legali li l-Membri Parlamentari Ewropej li ma jistgħux jassumu l-poter tal-Kummissjoni Ewropea u jistaqsu lill-istati membri kif se jinforzaw regoli tat-tassazzjoni, sakemm ma jkunx hemm provi ċari ta' malamministrazzjoni u illegalitajiet.