"White Rocks m'għandux jgħaddi għand il- privat, imma għandu jingħata lill- poplu bħala park naturali." Sostna dan il-Partit Demokratiku hekk kif bdew ħerġin l-ewwel indikazzjonijiet ta' x'se jiġri minn post li issa ilu mitluq għal snin twal u wara diveri wegħdi li qatt ma mmaterjalizzaw.
Il-PD qal li fid-dawl tal-iżvilupp li hemm ippjanat fil-lokalitajiet tal-madwar, "White Rocks ma għandux jingħata għall-iktar spekulazzjoni tal-art imma għandu jingħata lill-poplu. Fin-nuqqas ta' spazji miftuħa f'din in-naħa ta' Malta, dan għandu jservi biex ittaffi mill-impatt tal-iżvilupp li hemm pjanat fil-viċin. Il-bini li diġa jeżisti f'din iż-żona, u li għandu valur arkitettoniku għandu jiġi kkonservat u utillizzat filwaqt li bini ieħor bla valur għandu jitneħħa.
"La l-ekonomija sejra tajjeb wasal iż-żmien li l-gvern jibża għall-art tal-poplu. Dan jista' jagħmlu billi jħalli wesgħat biżejjed sabiex jitgawdew mill-familji."