Marlene Farrugia: Mingħand in-Nazzjonalisti trid...

Ħadd mill-iswitchers mhu lest jivvutala u 0.5% biss tal-Laburisti jriduha. Imma mill-PN...

Farrugia tindirizza l-folla li nġabret waqt protesta tal-PN kontra
Farrugia tindirizza l-folla li nġabret waqt protesta tal-PN kontra

Jidher illi, minkejja kollox u minkejja l-kritika lejn is-sistema taż-żewġ partiti, l-partiti l-oħra lilhinn mill-PN u l-PL xorta għadhom qed ibatu sew biex jiksbu appoġġ li jkun konsiderevoli biżżejjed.

Fil-fatt minkejja li Marlene Farrugia rribellat kontra l-partit 'tagħha', xorta mhi qed tikseb l-ebda appoġġ fost is-settur ta' votanti magħrufin bħala switchers. Skont l-istħarriġ li sar mill-gazzetta Maltatoday, Marlene Farrugia ma ġġib l-ebda forma ta' appoġġ mingħand l-iswiutchers u, ftit li xejn mingħand Laburisti li vvutaw PL fl-2013. Ħadd (0%) mill-iswitchers ma' qal li jivvota lil Marlene Farrugia, kieku kellha ssir elezzjoni illum. Minn naħa l-oħra kienu 0.5% biss tal-Laburisti li vvutaw PL fl-2013 u li kieku jivvutaw lil Farrugia. 

Jidher illi l-unika 'nixxiegħa' ta' voti għal Farrugia u l-Partit Demokratiku (PD) huma partitarji Nazzjonalisti. Fil-fatt 2% ta' dawk li vvutaw PN fl-2013, illum jivvutawlha kieku kellha ssir elezzjoni. Minn naħa l-oħra 1.3% tan-Nazzjonalisti li vvutaw PN fl-2008, jivvtuaw lil Farrugia kieku kellha ssir elezzjoni. 

L-Alternattiva Demokratika, baqgħet fejn kienet, bl-akbar persentaġġ ta' nies li lesti jivvutawlha jkun fost l-iswitchers b'3.3%. Dan anke jekk fost dan is-settur ta' nies 40% ma jafux kif jivvotaw jew ma jivvutawx kieku ssir elezzjoni illum. 

More in Politika