Minkejja l-progress li sar fl-iskejjel tal-Gvern mal-medda ta' snin tibqa', xi ftit jew wisq, xorta tibqa' għażla ta' ġafn li jibgħatu lill-uliedhom fi skejjel privati. L-iskejjel privati, għadhom anke jekk ħafna inqas minn qabel, jitqiesu minn bosta bħala superjuri. Imma din vera? Il-ġurnalist tal-illum.com.mt Ruben Anthony Xuereb mar Pembroke u staqsa lil numru ta' ġenituri għalfejn għażlu li jibgħatu lill-uliedhom fi skola tal-Gvern minflok skola privata. Dan il-filmat deher ilbieraħ bħala parti mid-diskussjoni fil-programm X-Tra li tratta l-edukazzjoni, t-tfal u l-miżati tal-iskejjel.
Intant fuq dan is-sit qed itella stħarriġ ġdid illi fih qed jistaqsi lill-ġenituri fejn jippreferu jibgħatu lill-uliedhom, jekk hux skola tal-Gvern, tal-Privat jew inkella tal-Knisja.