B’risposta għal mistoqsija Parlamentari mid-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg, dwar in-numru ta’ pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali, il-Ministru tas-saħħa, Chris Fearne wieġeb li skont l-istatistika, in-numru ta’ nies li qed jieħdu kura għal mard mentali ġewwa d-dipartiment Psikjatriku fl-isptar Mater Dei u fl-isptar Monte Karmeli, kien ta’ 13,164.
Meta mistoqsi mill-istess deputat Buttigieg dwar in-nefqa totali għall-kura ta’ dawn il-pazjenti, il-Ministru Fearne irrisponda li fl-2015 in-nefqa kienet ta’ €7,198,265, filwaqt li fis-sena 2012 kienet ta’ €6, 088,953. Dan, skont Fearne, juri li taħt il-Gvern preżenti, dan is-settur ra żieda ta’ €1,109,312 fl-investiment għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u li jgħixu fil-komunità