Dalgħodu, fil-Junior College, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, ippresediet it-tnedija tal-inizjattiva ‘Project 7000’, organizzata mill-Istudenti Demokristjani Maltin (SDM).
Il-President Coleiro Preca, filwaqt li raddet ħajr lill-istudenti ‘li għal darb’oħra qed jerġgħu jaħsbu f’ħaddieħor’, qalet li permezz ta’ din l-inizjattiva, qed iħaddnu minn età tant żgħira, il-valur tas-solidarjetà.
Il-President tenniet li bi proġetti bħal kif inhu ‘Project 7000’, iż-żgħażagħ iridu juru lill-adulti kif għandna ngħixu f’armonija u f’għaqda bejn kulħadd.
Il-Proġett 7000 hija inizjattiva ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.