Beda jitkellem Konrad ... u Simon telaq 'l barra

Busuttil jgħid li l-PN ma jirrikonoxxix lil Konrad Mizzi, li kien qed jirrispondi mistoqsija dwar it-tanker, u jitlaq 'l barra mill-Parlament

Simon u l-Grupp Parlamentari jitilqu 'l barra mill-Parlament
Simon u l-Grupp Parlamentari jitilqu 'l barra mill-Parlament

L-ewwel ġimgħa tal-Parlament u bdew ix-xeneġġati! Ftit tal-mumenti ilu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil telaq 'l barra mill-Parlament u dan għax Konrad Mizzi beda jirrispondi mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni dwar it-tanker tal-gass.

Għal mumenti beda jwieġeb il-Ministru tal-Ambjent Josè Herrera, imma l-Kap tal-Oppożizzjoni baqa' jinsisti li kellu jkun il-Prim Ministru li jitkellem dwar is-suġġett, minħabba li hu l-Ministru li taħtu taqa' l-enerġija. Xħin qam Konrad Mizzi biex jitkellem dwar il-proġett li qed imexxi hu, jiġifieri dak tal-Power Station li taħdem bil-gass, Busuttil qal li 'l-Oppożizzjoni ma tirrikonoxxix il-leġittimità ta' min fetaħ kont il-Panama..." u telaq 'l barra flimkien md-Deputati tal-PN

More in Politika