Kellhom 13-il sena biss, ħarġu tqal u telqu mill-iskola

22 studenta ta' bejn 13 u 16-il sena nqabdu tqal is-sena l-oħra u kellhom jitilqu mill-iskola ...

22 tfajla inqabdu tqal u kellhom jieqfu mill-iskola s-sena l-oħra
22 tfajla inqabdu tqal u kellhom jieqfu mill-iskola s-sena l-oħra

Is-sena l-oħra żewġ studenti tfajliet kellhom jieqfu mill-iskola hekk kif inqabdu tqal fl-eta' tenera ta' 13-il sena. Dawn iż-żewġ tfajliet kellhom minflok jattendu s-servizz Għożża li jipprovdi servizz ta' appoġġ u programm edukattiv lil minuri li joħorġu tqal, bil-għan li jadottaw attitudni pożittiva għall-ħajja. Apparti dawn iż-żewġ tfajliet, li huma wkoll taħt l-età tal-kunsens sesswali, kien hemm 20 studenta li matul is-sena skolastika 2015/2016 kellhom jieqfu mill-iskola minħabba li ħarġu tqal.

Minn dawn, il-maġġoranza, jew 15 kellhom 16-il sena. Erba' kellhom 15-il sena u tfajla waħda kellha 14-il sena meta nqabdet tqila. Minn dawn it-22 tfajla kienu erba' li komplew l-iskola, sekondarja jew post-sekondarja, 10 marru l-Għożża jew ħadu xi forma ta' servizz ieħor u tmienja baqgħu d-dar.

Intant kienu b'kollox 6,500 ġenitur li ttellgħu l-Qorti fl-aħħar erba' snin wara li kontinwament ma kienux qed jibgħatu lill-uliedhom l-iskola. Dawn kollha kienu qed jibgħatu lill-uliedhom fi skola tal-Gvern. In-numri jinżlu sew għall-istudenti ta' skejjel privati jew tal-Knisja. Kienu 81-il ġenitur li jibgħat lill-uliedu fi skola tal-Knisja li ttella l-Qorti f'medda ta' erba' snin, filwaqt li kienu biss 13-il ġenitur li ttellgħu l-Qorti.

Din l-informazzjoni ingħatat fil-Parlament mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Aguis Muscat.

More in Politika