Skont il-kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, il-‘morning-after pill’ għandha tingħata biss bir-riċetta tat-tabib. Dan kien kliemu bħala parti mil-“kompromess bilanċjat” li rrakkomanda kumitat Parlamentari.
Infatti, il-ġimgħa li għaddiet, kumitat konġunt fil-Parlament propona li l-Awtorità dwar il-mediċina għandha tieħu deċiżżjoni dwar il-liċenzjar ta’ tip wieħed tal-kontraċettiv li fih l-ingredejent ‘levonogesteral’
Minkejja l-proposta, l-membri parlamentari qali li jekk tinħareġ il-liċenzja, il-pillola kontraċettiva għandha tingħata biss b’riċetta mingħand tabib, li f’ċerti każijiet jistgħu wkoll jirrifjutaw li jagħmlu riċetti.
Dwar dan, Busuttil qal din id-deċiżjoni kienet żvolta kbira fid-dibattitu dwar il-‘morning-after’ pill u li huwa favur dan il-kompromess li ntlaħaq bejn il-membri parlamentarji, u li dwar dan huwa se jagħti s-sapport tiegħu.
Bil-kuntrarju ta’ Busuttil u t-tliet MP nisa tal-Oppożizzjoni, saħansitra Roberta Metsola, qasmet l-istess opinjoni ta’ Miriam Dalli u Helena Dalli, li l-pillola kontraċettiva għanda tkun disponibbli mingħajr bżonn ta’ ebda riċetta.
Infatti, dawk li huma favur li l-pillola ma’ tingħatax permezz ta’ riċetta iddibattew il-fatt li lbżonn ta’ riċetta jmur kontra l-prinċipju li l-pillola hija kontraċettiv ta’ emerġenza.