Minkejja li l-opinjoni u l-inkwiet ta' ħafna li l-immigranti Afrikani qed jieħdu x-xogħol lill-Maltin, jidher li dan mhux minnu, għax l-aktar nies ta' nazzjonalità barranija li hawn jaħdmu f'Malta huma infatti 'ħutna' t-Taljani.
Skont informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni reġistrati bħala EU Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex sa l-aħħar ta’ April 2016, kien ta' 22,579.
Dan ħareġ waqt mistoqsija Parlamentari li għamel id-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, fejn minbarra t-total, saqsieh ukoll jindika n-nazzjonalità ta' dawn il-ħaddiema.
Il-Ministru Evarist Bartolo provda l-informazzjoni mitluba fejn fiha ħareġ li mit-total ta' 22,579 ħaddiem barrani jaħdmu Malta, l-aktar li hawn huma dawk Taljani li jammontaw għal 5,180 ħaddiem Taljan irreġistrat. Wara t-Taljani, klassifikaw dawk mir-Renju Unit b' 3,985 u l-Bulgari b' 2,044 ħaddiem. L-inqas pajjiż mill-UE li minnu hawn l-inqas ħaddiema reġistrati jaħdmu Malta huwa l-Lussemburgu, b' 4 ħaddiema biss