‘Is-sigurtà tiegħek mhedda bil-korruzzjoni…’ – il-messaġġ tal-PN

Il-PN jsaqsi lill-Prim Ministru għaliex għadu jwebbes rasu biex ikollu l-monument għall-korruzzjoni perikoluż fil-bajja ta’ Marsaxlokk

Simon Busuttil isaqsi lill-Prim Ministru għaliex għadu jwebbes rasu biex ikollu l-monument għall-korruzzjoni perikoluż fil-bajja ta’ Marsaxlokk
Simon Busuttil isaqsi lill-Prim Ministru għaliex għadu jwebbes rasu biex ikollu l-monument għall-korruzzjoni perikoluż fil-bajja ta’ Marsaxlokk

B’mod simboliku għal dak li sejjaħ “monument għall-korruzzjoni”, illum il-kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil indirizza l-messaġġ tiegħu mil-pjazza ta’ Marsaxlokk bl-isfond tal-bajja warajh.

Busuttil beda billi stqarr li l-PN iridu jagħtu vuċi lir-residenti ta’ Marsaxlokk u Birżebbuġa dwar l-inkwiet u l-mistoqsijiet li għandhom dwar it-tanker tal-gass u d-dritt li jingħatawlom risposti għal dawn il-mistoqsijiet.

“Illum wara nofsinhar, it-tanker kellhu jidħol fil-port b’mod permanenti, wara l-provi li saru aktar kmieni din il-ġimgħa,” qal Busuttil, filwaqt li żied jgħid li għandu provi li l-Prim Minsitru staħa minn-nies preżenti u waqqaf it-tanker milli jidħol illum.

Busuttil żied jgħid li issa għada l-Prim Ministru se jerġa jqarraq bil-poplu billi jattribwixxi r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għat-tanker tal-gass. Huwa żied jgħid, bħal qishu messaġġ dirett lill-Prim Ministru li l-kontijiet misshom ilhom li raħsu u dan mhux grazzi għat-tanker, iżda għall-power station u l-interconnector li għamlu l-PN.

“Is-sajjieda jinsabu inkwetati,” skont Busuttil, hekk kif spjega li ħafna fetħu qalbhom miegħu dwar x’jiġri jekk ikollhom xi inċidenti fil-port waqt li t-tanker ikun qed jimtela’ u x’se jiġri minnhom meta d-daħla tal-port tkun magħluqa waqt li tieni tanker ikun qed jimla l-ieħor. Dan kollhu skont Busuttil, huwa parti mit-tradiment u l-gideb ta’ Muscat. Huwa sostna wkoll li meta jitla’ l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, huma se jibnu l-breakwater li l-PL qatt ma bena.

Busuttil isaqsi lill-gvern x’inhu l-bżonn ta’ din il-powerstation, meta l-pajjiż huwa diġà moqdi tajjeb mill-ġenerazzjoni tal-elettriku permezz tal-miżuri li diġa wettaq il-PN.

Dwar l-argument tan-nuqqas ta’ tniġġis, Busuttil jgħid li l-interconnector għandu 0% tniġġiż, dejjem inqas minn power station tal-gass, u allura dan isaħħaħ il-punt tiegħu li s-soluzzjoni kellha tkun minn dejjem l-interconnector u mhux investiment ta’ miljuni f’bini ta’ power station ġdida.

“Mela jekk il-power station mhemmx bżonnha għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u lanqas biex ikun hawn inqas tniġġiż ? mela x’inhu l-iskop tagħha?” saqsa Busuttil. Dwar dan huwa saħaq li lanqas biex jitnaqqsu l-kontijiet mhemm bżonna għax l-interconnector u l-power station tal-BWSC kienu diġà qed iraħħsu milljun fil-ġimgħa.

Allura, ikkonkluda Busuttil, la din il-power station ġdida mhemmx bżonna għal xejn biex jibbenefika minnha l-poplu, allura l-uniku skop tagħha huwa biss għall-interessi personali u korrotti ta’ Konrad Mizzi, Keith Schembri u anke ta’ Joseph Muscat...

More in Politika