VOX POP | L-aqwa l-flus fil-but…

Illejla l-baġit… Qed jgħidu li din is-sena se jkun tajjeb! U n-nies x’jaħsbu? L-ILLUM tinżel il-monti tal-Birgu u tistaqsihom x’qed jistennew

Il-Baġit tal-lejla se jkun tajjeb jew ħażin? Kollox jorbot mal-but
Il-Baġit tal-lejla se jkun tajjeb jew ħażin? Kollox jorbot mal-but

Reġa’ wasal il-baġit… u bħal kull sena fuq fomm kullħadd ikun hemm diskors ta’ tama, u speranzi għal miżuri li jkunu se jaffetwaw lill-poplu b’mod pożittiv.

Għax minkejja kull miżura li jagħmel il-Gvern, jew jipproponu l-oppożizzjoni u l-unions, fl-aħħar mill-aħħar, l-aktar ħaġa li timporta lill-poplu huwa l-but; x’jista jdaħħal aktar, u fuq xhiex se jonfoq inqas.

Din id-darba n-nies qed jistennew ħafna, u bir-raġun. Hemm tliet fatturi li qed jikkontribwixxu għal dan, li huma : Ekonimija b’saħħitha, il-fatt li kull baġit li sar minn dan il-Gvern kien nieqes minn miżuri ta’ awsterità u l-fattur politiku, jiġifieri li bdejna resqin lejn elezzjoni ġenerali.

VOX POP - X'qed jistennew in-nies mill-Baġit ? | Filmat ta' Chris Mangion

Din is-sena l-magna tal-propoganda tal-Gvern kienet iffukata kważi esklussivament fuq it-titjib ekonomiku li qed jara pajjiżna. Naqas il-qgħad, naqas id-defiċit u żdied il-ġid, mela allura n-nies issa qed jistennew li huma jibdew realment iħossu minn dan it-tkabbir ekonomiku.

Kuntrarjament għal kif stajna konna mdorrijin f’baġits passati, il-baġits li saru minn dan il-Gvern kienu neqsin minn taxxi u awsterità. F’dan is-sens, in-nies qed jistennew li l-baġit ta’għada se joffri kontinwità.

Imma, b’elezzjoni daqs sena u nofs oħra u bis-sondaġġi juru tnaqqis serju fl-appoġġ għall-Partit Laburista, iktar u iktar jisparixxi kull dubju li fil-baġit li ġej il-Prim Ministru Muscat flimkien mal-Ministru tal-Finanzi se jroxxu, fuq li jroxxu, fuq li jroxxu…

L-ILLUM niżlet fil-monti tal-Birgu u staqsiet lin-nies x’qed jistennew minn dan il-baġit…

More in Politika