Wara sajf diskussjonijiet, dibattiti u artikli fuq kull gazzetta f’Malta, is-saga tal-morning-after pill fl-aħħar waslet fi tmiema hekk kif ittieħdet id-deċiżżjoni li l-pillola kontraċettiva tista’ tinxtara liberament mingħajr il-bżonn ta’ riċetta mingħand tabib.
Fuq rapport li ħareġ fuq it-times of malta, ingħad li l-kap tal-Awtorità tal-Mediċina, Anthony Serracino Inglott ikkomferma din id-deċiżżjoni dalgħodu.
Fi stqarrija fuq l-istess gażżetta Seracino Inglott qal li “l-Awtorità ħarset lejn ir-rakkomandazzjonjiet tal-kumitat parlamentari, iżda ddeċidiet li jkun aħjar jekk il-kontraċettiv ikun disponibbli mingħajr il-bżonn ta’ riċetta”
L-Awtorità bbażat id-deċiżjoni fuq tliet fatturi, il-kwalità, is-sigurtà tal-pazjenti u l-effikaċja. U l-istennija sakemm mara tistenna li tabib jagħti riċetta għall-kontraċettiv kienet se tmur kontra l-effikaċja ta’ dan il-prodott kontraċettiv li jittieħed sa siegħat wara l-att.
Dan l-iżvilupp favur id-dritt li n-nisa jitħallew jieħdu huma stess id-deċiżjoni dwar ġisimhom u ħajjithom, ġie wara li lbieraħ stess fil Belt Valletta, grupp ta’ madwar 300 persuna ipprotestaw sabiex il-mornng after pill ma tkunx fuq bażi ta’ riċetta mingħand tabib, iżda disponibbli mill-ispeżiriji bħal kontraċettivi oħrajn.