'Se nneħħu l-vera periklu fis-South: L-impjant taż-żejt f'nofs Birżebbuġa'

L-Enemed se tinvesti €50 miljun biex tibni impjant f'Ħas Saptan u dak tax-Shell f'nofs Birżebbuġa jitneħħa darba għal dejjem

It-Tankijiet tax-Shell, f'nofs Birżebbiġa
It-Tankijiet tax-Shell, f'nofs Birżebbiġa

It-trasformazzjoni tal-Enemalta mistennija tkompli wara upgrade ieħor mill-credit rating agencies. Il-Ministru Edward Scicluna fakkar li dan seta' jsir bis-saħħa ta' investment ta’ €80 miljun ewro li saru fi tliet snin mil-Enemalta fis-sistema tad-distribuzzjoni.

Intant il-Ministru Scicluna fakkar kif il-Gvern, apparti li se jkun qed jagħlaq il-Power Station tal-Marsa u jwaqqafha kompletament milli topera, u jibda jopera dik l.i se taħdem bil-gass, fakkar ukoll illi l-kumpanija Enemed se tkun qed jinvesti €50 miljun biex timmodernizza l-impjant tal-ħażna f’Ħas-Saptan u tiżviluppa filling station ġdid.  "B’hekk inwettqu wegħda oħra li jingħalaq darba għal dejjem l-impjant tal-31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa, li n-nies tas-south jafu li hu l-veru periklu li għandhom fosthom. L-Enemed qed taħdem ukoll biex timmodernizza l-faċilitajiet ta’ ħażna ta’ jet fuel fl-ajruport – investiment ta’ aktar minn €15-il miljun. Il-proġett mistenni jibda fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla." 

More in Politika